7/09/2023

EJJEW GĦANDI

 

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 11, 25-30)

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.

Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

 Is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew li għadna kemm qrajna hi qasira u hi maqsuma fi tnejn. Fl-ewwel biċċa nisimgħu lil Sidna Ġesù jfaħħar lil Missieru tas-Sema għaliex wera ħwejjeġ kbar lil nies ċkejknin, nies li dawk li jidhrilhom li huma għorrief ħafna jwarrbuhom għax jqisuhom ta’ bla valur. 

7/03/2023

BIEX INKUNU DIXXIPLI TA’ ĠESÙ


Qari mill-Evanġelju skond San Mattew
(Mt 10, 37-38)

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi. U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi. Il-Kelma tal-Mulej. 

Għandu mnejn ninħasdu meta fil-Vanġelu nisimgħu lil Ġesù jgħidilna: “Min iħobb lil missieru jew lil ommu jew lil uliedu iżjed milli jħobb lili ma jistħoqqlux li jkun miegħi”.