5/16/2019

INT ĦIELES TASSEW?


Kieku kelli nistaqsi jekk aħniex pajjiż ta’ nies ħielsa, żgur li tweġbuni: Da żgur li aħna nies ħielsa. Pajjiżna kiseb l-indipendenza u sar repubblika. lmma jekk nistaqsu b'aktar attenzjoni: Aħna li ngħixu fuq din l-art ħelwa veru li aħna nies ħielsa? It-tweġiba tista' tkun oħra.
Aħna nies ħielsa daqs kemm nagħarfu lil min se nħallu jmexxina. Jekk se nħallu l-għaqal imexxina, aħna ħielsa. Iżda jekk se nħallu l-pika tmexxina, aħna m'aħniex ħielsa. Jekk aħna se naħsbu b'rasna, aħna nies ħielsa. Jekk se naħsbu b’ras ħaddieħor, inħallu lil ħaddieħor jaħseb u aħna nibilgħu, aħna m’aħniex ħielsa, u forsi qatt ma nkunu.