Il-bierah smajt lil min staqsa: ‘Ghaliex Alla li hu setaghni ma jwaqqfux il-Covid-19 b’kelma wahda tieghu?’ Hemm min ghax Alla ma jaghmilx dak li jidhirlu hu, jghid li Alla ma jezistix jew li ma jimpurtahx minna. Ma jiftakarx li Alla l-kelma tieghu setaghna qalha. Izda kemm semghuha? Ma tkellimx hu b’xi vuci tremenda, li tbezaghna. Tkellem u ghadu jitkellem permezz ta’ bnedmin bhalna.
Fil-kaz
tal-Covid-19, kemm ilu jitkellem permezz tal-awtoritajiet tas-sahha, ta’ dawk
li jahdmu biex jikkontrollaw din il-pandemija! Kemm smajna minnhom? Meta hafna
semghu minnhom il-Covid-19 gie kkontrollat hafna. Dehrilna li rbahnielu, u
hafna ma tawx aktar kaz li jkomplu jsegwu lil min iridilna l-gid, u l-Covid-19
rega’ gholla rasu.
Dan tort ta’
Alla, li ma ghamel xejn? Jew hu tort taghna li rridu naraw mirakli u ma rridux
naghtu sehemna? Ghax il-maskla ddejjaqna, ghax irridu nixxalaw, jghidu, per ezempju...
Ejja ma nkunux
boloh, u nrabbu l-ghaqal. Alla halaqna ntelligenti u liberi. Jistedinna nahdmu
id f’id mieghu. Jekk ma nisimghux minnu ghalxejn nistennew mirakli. Alla mhux
seftur taghna, u ma jmurx kontra r-rieda hielsa taghna. Din il-pandemija mhix
kastig tieghu. Hi xoghol il-bniedem li jahseb li hu alla u, wara li jghaffeg u
jfarrak, jistenna li Alla jsewwi kollha f’hakka t’ghajn.